Żewġt irġiel bla xogħol, ġew mixlija fil-Qorti li ffastidjaw lill-ġenituri tagħhom biex jagħtuhom il-flus għad-droga.
L-irġiel, li għandhom dipendenza serja fuq id-droga, użaw vjolenza psikoloġika u morali biex iqarrqu bil-ġenituri tagħhom.
Wieħed mill-irġiel, ta’ 35 sena minn Bormla, ammetta l-ħtija tiegħu u ingħata l-ħelsien mill-arrest, sakemm jiġi ssentenzjat nhar l-Erbgħa.
Huwa ingħata ordni biex ma jkellimx lill-ġenituri jew lil oħtu.
Fil-Qorti, dan qal li jixtieq jegħleb il-vizzju għax iddejjaq jgħix hekk.
Ir-raġel l-ieħor, ta’ 46 sena mill-Imsida, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-ġenituri tiegħu għandhom 72 u 76 sena.
Ma saret ebda talba għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif m’għandux indirizz fiss.