Isse Yusuf Mohamud ta’ 33 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat b’serq aggravat u attentat ta’ serq ta’ flus kontanti.
Ir-reati allegatament seħħew f’diversi okkażjonijiet differenti matul Jannar u Frar ta’ din is-sena fil-Ħamrun, il-Furjana u f’Ħaż Żebbuġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Quddiem il-Maġistrat Dr Astrid May Grima, is-Somalu, li m’għandux indirizz fiss f’Malta, ġie mixli wkoll li fis-sbatax ta’ Jannar ikkawża xi ħsarat fuq propjetà tal-Gvern.