Libjan ta’ 27 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li wettaq erba’ serqiet minn fuq dgħajjes.
Il-każ seħħ bejn Diċembru u Jannar li għadda.
Huwa kien akkużat li seraq b’aktar minn €2,000 minn fuq kull dgħajsa u li għamel ħsara fuq l-istess dgħajjes.