Quddiem il-Qorti, f’jum l-ewwel tas-sena tressaq raġel akkużat li mess sider air hostess waqt titjira abbord ajruplan tar-Ryanair.
Ir-raġel ta’ 40 sena mill-Ghana ġie mixli li wettaq dan ir-reat fl-aħħar jum tas sena.
Thomas Kofi Dwomoh ġie akkużat li wettaq dan l-att mingħajr kunsens u li b’hekk ta fastidju lill-istess air hostess.
Fil-Qorti ġie spjegat li l-każ inqala wara li l-imputat ma setax isib il-boarding pass tiegħu.
Filwaqt li wieġeb mhux ħati, ir-raġel permezz tal-avukat tiegħu Thomas Barbara Sant, talab għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet miċħuda mill-Maġistrat Charmaine Galea.
L-Avukat Jurgen Dalli mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Karl Roberts qed imexxu l-Prosekuzzjoni.