Raġel ta’ 30 sena minn Bormla nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkuża li weġġa’ lis-sieħba tiegħu li hija 20 sena akbar minnu.
Lejlet il-festa tal-maħbubin, il-koppja kellhom argument jaħraq f’karozza bil-konsegwenza li l-mara sofriet ġrieħi ħfief. Il-każ seħħ huma u sejrin lura d-dar minn festin.
Fil-Qorti ħareġ li l-koppja għandhom relazzjoni mqallba bl-avukat difensur allegat li l-akkużat imbotta lil mara wara li tatu daqqa ta’ ponn.