Ryan Refalo ta’ 28 sena minn Bormla ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li għaxart ijiem ilu tressaq il-Qorti mixli li kkawża ġrieħi ħfief lil raġel f’Wied iċ-Ċawsli, f’Ħal Qormi.
Il-Maġistrat Monica Vella, laqgħet t-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ ħamest elef ewro u garanzija personalI ta’ 15-il elf ewro.
Il-qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.