Youssouf Madou Soumaoro Ben ta’ 35 sena mill-Kosta tal-Avorju li jgħix il-Furjana inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li ttrasferixxa proprjetà meta kien jaf li dik il-proprjetà kienet direttament inkisbet minn atti ta’ attivita kriminali.
Huwa ġie akkużat li f’Ottubru u Novembru tas-sena l-oħra żamm għandu affarijiet misruqa.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud ordna wkoll sabiex jiġu ffriżati l-assi tal-akkużat.