Joseph Borg ta’ wieħed u sittin sena minn Wied il-Għajn inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li ta fastidju sesswali lil tliet kollegi tiegħu.
Fil-Qorti ntqal li l-imputat, li jaħdem fi skola, kien jistaqsi tliet persuni għal pjaċiri sesswali, liema persuni huma żewġ nisa u raġel, u jaħdmu bħala uffiċjali tas-sigurtà fi skola.
Intqal ukoll li f’ġurnata minnhom, l-imputat allegatament tħakkek ma’ waħda mill-vittmi.
Id-Difiża appellat għall-ħelsien mill-arrest, liema talba opponiet għaliha l-Prosekuzzjoni, minħabba biża’ serja li l-imputat javviċina xi xhieda, hekk kif erbgħa mill-ħames xhieda jaħdmu mal-imputat.