Anees Badroush, Libjan ta’ 25 sena nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li sebat ijiem ilu tajjar anzjan u telaq minn fuq il-post fi Triq l-Imdina Ħal Qormi.
Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Alfredo Mangion xliet lil-Libjan li darab gravi lill-anzjan b’daqqa ta’ karozza u li telaq minn fuq il-post.
Il-qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest wara li l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba għal diversi raġunijiet fosthom li l-imputat m’għandux residenza fissa kif ukoll li l-vittma, anzjan ta’ 69 sena li għadu rikoverat l-isptar.