Noel Calleja ta’ 38 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil tas-sieħba tiegħu Jacqueline Depasquale. Dan wara li allegatament taha daqqiet ta’ turnavit u tefala l-aċtu bil-konsegwenza li kkawżalha ġrieħi serji u qegħdilha ħajjietha f’periklu ċar kif ukoll li kien riċediv.
Il-prosekuzzjoni qed toġġezzjona l-ħelsien mill-arrest wara li nstab ħati ta’ omiċidju fl-2013, u li għaddejjin proċeduri t’ attentat ta’ qtil fuq Jacqueline Depasquale.
Calleja nżamm taħt arrest preventiv u ntbagħat fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Maġistrat talab lid-Direttur tal-Ħabs sabiex jieħu l-miżuri kollha neċessarji minħabba l-istat ta’ saħħa mentali li għandu l-imputat.