Raġel ta’ 41 sena minn Ħaż-Żabbar inżamm arrestat mixli li ta daqqa ta’ ponn lil missieru ta’ 65 sena f’għonqu, wara li ma tahx flus għad-drogi.
Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia, huwa ġie mixli bi vjolenza morali u fiżika fuq missieru.
Fil-Qorti intqal kif l-imputat għandu l-vizzju tad-droga, u li ta’ sikwit jitlob il-flus lil ommu u missieru sabiex imantni dan il-vizzju,
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-Avukat tal-Għajnuna Legali, Martin Fenech, għamel talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet miċħuda t-talba mill-Qorti.
Dan filwaqt li l-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.