Raġel ta’ tnejn u tletin sena mis-Siġġiewi nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li ta daqqa lill-eks sieħba tiegħu li qed iġġorr tarbija, b’xabla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel, li jmexxi snack bar, ġie arrestat is-Sibt wara li l-eks sieħba tiegħu rrappurtatu għat-tielet darba.
Il-mara qalet fil-Qorti kif l-inċidenti dejjem iseħħu wara li r-raġel jixrob u jisker b’riżultat li jispiċċa jkun vjolenti.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih bil-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Victor George Axiak, wara li qieset il-gravità tal-każ, tordna li jinżamm arrestat sabiex tevita l-intralċ tal-provi.