Raġel inżamm arrestat wara li ġie akkużat li stupra turista waqt li kien qed jagħmilha l-massaġġi fi spa, f’lukanda f’San Pawl il-Baħar.
Ir-raġel, Indjan li għandu 28 sena u li jaħdem bħala masseur, ġie mixli wkoll li żamm lit-turista Amerikana kontra r-rieda tagħha.
Quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat allegatament stupra lit-turista b’subgħu u poġġa sidirha f’ħalqu.
Il-prosekuzzjoni xehdet ukoll li, wara l-allegat stupru, l-akkużat beda jfittex xogħol fl-Italja u fi Spanja.
L-Ispetturi Prosekuturi, John Spiteri u Ryan Vella, innotaw ukoll li l-għada tal-allegat reat, l-akkużat ma marx għax-xogħol.
L-akkużat wieġeb li mhux ħati għall-akkużi u talab għall-ħelsien mill-arrest, iżda talba ġiet miċħuda mill-Qorti.