Mark Anthony Brincat ta’ 41 sena minn Ħ’Attard tressaq il-Qorti akkużat li l-Erbgħa filgħaxija allegatament seraq minn ħanut tal-logħob f’San Ġwann.
Il-każ seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħaxija, meta allegatament seraq elf u tliet mitt ewro.
Fil-Qorti ntqal kif l-akkużat ġie arrestat f’Tas-Sliema, fejn instab li kien bl-istess karozza li ntużat għall-istess serqa.
Intqal ukoll kif ftit mill-flus misruqa nstabu fid-dar tiegħu.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.