Sean Pace, ta’ 38 sena u li jgħix mingħajr saqaf fuq rasu, inżamm arrestat wara li fil-Qorti ġie akkużat b’serq aggravat fuq il-ġenituri tiegħu stess.
Huwa deher quddiem il-maġistrat Yana Micallef Stafrace mixli li fost oħrajn seraq żewġt iċrieket tad-deheb, mobile, camera, li daħal fi propjetà privata u li kien riċediv.
Pace permezz tal-avukat David Camilleri wieġeb mhux ħati madankollu ma’ talabx għall-ħelsien mill-arrest.
Intant id-difiża talbet li Pace jinżamm fit-Taqsima Forensika fl-Isptar Monte Carmeli minħabba l-fatt li kellu jibda’ programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Hubert Cini.