Al Alturoq Ali, Libjan ta’ tmienja u tletin sena u li joqgħod il-Marsa, tressaq il-Qorti mixli li seraq il-passaporti ta’ martu u bintu u tahom lil Marokina biex seta’ ħarab magħha lejn Brussell.
L-imputat li għandu status ta’ refuġjat u permess biex joqgħod f’Malta kien estradit lejn pajjiiżna wara li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew. Huwa kien arrestat fil-Belġju.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ jinżamm arrestat.
Għalissa l-Marokkina ma tinsabx f’Malta wara li kkontestat l-estradizzjoni.