Raġel ta’ 33 sena inħeles mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,500 wara li tressaq il-Qorti akkużat li sawwat lil martu u heddidha verbalment.
Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia r-raġel kien akkużat li beżża’ lill-mara fuq it-telefon.
Huwa se jkun qed jgħix f’raħal differenti mill-allegat vittma filwaqt li nħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-mara.
Il-Qorti poġġiet divjett fuq l-ismijiet tal-koppja sabiex tipproteġi lil uliedhom.