Żagħżugħ ta’ dsatax-il sena minn Birkirkara ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li allegatament madwar xahar ilu pprova jtajjar żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta.
Iż-żagħżugħ li ġie arrestat il-Ġimgħa filgħodu, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Għall-Imputat deher Dr. Ishmael Psaila.