Timothy Obiagebna ta’ ħamsa u għoxrin sena kien mixli li ħebb għall-pulizija wara li arrestawh talli kisser ‘windscreen’ ta’ karozza t-Tnejn li għadda.
Ir-raġel minn San Pawl il-Baħar, allegatament għamel ħsara fuq propjetà privata, li kien f’pussess ta’ sikkina, pajp tal-ħadid u furkettun.
Huwa nstab li kkawża ġrieħi ħfief lill-uffiċjali tal-Pulizija waqt li kiser il-paċi pubblika.