Raġel ta’ sitta u tletin sena minn Bormla nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kiser kundizzjonijiet imposti fuqu fi tliet deċiżjonijiet oħra li bihom ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Frederick Dalli kien ordnat ma jersaqx lejn Bormla, Birgu u l-Isla iżda żewġ aħwa qalu li l-imputat kellu argument magħhom f’Bormla.
Fil-Qorti ntqal li l-akkużat naqas milli jiffirma fl-għassa tal-pulizija ta’ Ħaż-Żabbar fl-aħħar jiem.