Raġel ta’ 27 sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ġie mixli li hedded lill-eks tfajla tiegħu.
L-allegat każ seħħ fil-bidu ta’ dan ix-xahar, u b’dak li ġie akkużat bih, l-imputat kiser il-kundizzjonijiet iposti fuqu minn Qorti preċendenti għal każ separat li jmur lura sentejn. Hu kiser ukoll ordni ta’ protezzjoni u ġie mixli li sar riċediv.
Fuq talba tad-difiża l-imputat ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u l-għoti tas-sentenza ġie ddeferit għal aktar tard dan ix-xahar.
Il-ħelsien mill-arrest ingħata b’depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €10,000 filwaqt li nħatar uffiċjal tal-probation biex isegwi lill-imputat.
Hu jrid ukoll jiffirma tliet darbiet f’għassa u ma jersaqx lejn l-allegat vittma jew familtha permezz ta’ ordni ta’ protezzjoni favur tagħhom.