Lamin Gassama ta’ wieħed u għoxrin sena mill-Gambja tressaq il-Qorti mixli li t-Tlieta filgħaxija hedded lil Patri Dijonisju Mintoff.
Fil-Qorti nstema’ kif ftit wara s-7:00 ta’ filgħaxija l-imputat mar il-labortarju tal-paċi u talab lil Patri Dijonisju biex itih saqaf fuq rasu.
Min-naħa tiegħu Patri Dijonisju qallu li m’għandux post u allegatament l-akkużat għajru u heddu li se jerġa’ jmur aktar tard u joqtlu.
L-imputat kien mixli wkoll li qed jgħix ħajja ta’ għażż u vagabondaġġ.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-kontront ta’ Patri Mintoff. L-akkużat baqa’ jinżamm arrestat.
Il-Qorti rrakomandat li l-imputat jingħata għajnuna psikjatrika u għalhekk ħatret lil Dr. Joe Cassar biex jeżamina l-istat psikjatriku tiegħu