Raġel ta’ ħamsin sena minn Birkirkara ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li hedded lil martu u lil ibnu ta’ tmintax-il sena.
Fil-Qorti ntqal li l-każ seħħ l-Erbgħa filgħaxija fejn mara u żagħżugħ għamlu rapport ta’ vjolenza domestika fejn ġie spjegat li r-raġel kien aggressiv tant li hedded lil mara li kienet se jisparalha u lit-tifel, li kien se kien se jifqgħu bil-vann.
Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li huwa kisser xi oġġetti u li qalilhom li kien se jaħraq id-dar u jġibha sufarina.
Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jiddepożita s-somma ta’ elfejn u ħames mitt ewro u garanzija personali ta’ sebat elef u ħames mitt ewro.
Huwa nnforma lill-Qorti li ma kellux flus u minħabba li ma setax jagħmel kuntatt ma’ martu minħabba l-każ ma setax iħallas il-flus.
Wara diversi telefonati, fil-Qorti ntqal li mart ir-raġel kienet se tħallas il-flus u ġġib id-dokumenti tal-akkużat.