Raġel ta’ 50 sena mill-Imtarfa nżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat b’abbuż sesswali fuq is-sieħba tiegħu, li kienu ilhom f’relazzjoni għal aktar minn 20 sena.
Huwa ġie akkużat ukoll li bejn il-lejl ta’ 22 u 23 ta’ Ġunju kkometta ġrieħi ħfief fuqha.
Ir-raġel kien akkużat ukoll b’rikatt, hekk kif allegatament ħa jew żvela xi ritratt jew filmat sesswali privat mingħajr il-kunsens tagħha.
Huwa wieħeb mhux ħati.