Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li ħaraq vann ta’ raġel, wara li sar jaf li martu kienet qed teqlibielu miegħu.
Il-Pulizija waslu għall-imputat wara li raw il-vann tiegħu fix-xena tar-reat.
Intqal li meta l-Pulizija kkonfrontawh, l-imputat qal lill-Pulizija li martu kienet qed teqlibielu ma’ sid il-vann, u wara li ħasibha, iddeċieda li jaħraqlu l-vann.
L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ erbat elef ewro u l-Qorti ordnatlu biex ma jersaqx lejn il-vittma.