Abdulnasir Ali ta’ 25 sena mis-Sirja baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li vvandalizza diversi vetturi u ħwienet fil-Mellieħa fl-20 ta’ Ġunju li għadda.
Fil-Qorti nstema’ li l-Pulizija rċeviet rapporti ta’ persuna miexja fit-triq fil-waqt li tivvandalizza vetturi u ħwienet fil-Mellieħa, liema rapporti taw ukoll deskrizzjoni tar-raġel.
Meta l-Pulizija waslet fuq il-post, ġie arrestat l-imputat hekk kif dan qabel mad-deskrizzjoni tar-rapporti.
L-imputat wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi, iżda d-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/06/20/ragel-arrestat-brabta-ma-vandalizmu-fuq-disa-vetturi-u-tmien-vettrini-tal-hwienet-fil-mellieha/