Raġel ta’ 28 sena minn Naxxar, li kkawża ġrieħi u hedded li jispara lill- eks-sieħba tiegħu li hi wkoll omm binthom, f’Jum San Valentinu, ingħata sentenza sospiża.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Monica Vella, fosthom li kkawżalha biżà u li insulentaha.
Huwa ammetta wkoll li kkawża ġrieħi quddiem binthom, li kiser il-paċi pubblika, u li kiser l-ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tas-sieħba tiegħu.
Filwaqt li fil-Qorti, ir-raġel ġie mwissi li jista’ jispiċċa l-ħabs, huwa qal li jixtieq ikun jaf biss kif jista’ jara l-bintu.
Huwa ġie kkundannat għal sentejn priġunerija, sospiżi għal erba’ snin.
Barra minn hekk, ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.