Thomas Camilleri ta’ 30 sena mill-Gżira ma ngħatax il-ħelsien wara allegatament iffroda tlettax-il ruħ fuq perjodu ta’ tliet ġimgħat.
Huwa tressaq il-qorti mixli bi tletin akkuża fosthom ta’ frodi u miżapproprijazzjoni u li sar reċediv.
Huwa ġie arrestat wara li nqabad iqarraq b’diversi persuni billi jaħrab minn fuq il-post wara li jirċievi pakketti li jkun ordna mingħajr ma jħallas għalihom.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjnat bil-qawwa għall-ħelsien mill-arrest wara li rriżulta li l-akkużat ma kellu ebda arranġamenti biex jibda programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marsann Farrugia qalet li għadu prematur biex l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest anke minħabba l-fatt li r-raġel mhux ta’ min jafdah u minħabba r-reati li wettaq fil-passat.