Raġel ta’ erbgħa u għoxrin sena mis-Siġġiewi inżamm arrestat wara li ġie mixli li weġġa’ b’mod ħafif lil ommu u hedded lil oħtu f’żewġ argumenti separati.
Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika bi kliem oxxen kif ukoll li kiser kundizzjonijiet imposti fuqu aktar qabel mill-Qorti.
Iż-żagħżugħ li jgħix fl-istess dar t’oħtu u ommu ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.