Sudaniż ta’ 24 sena residenti fiċ-ċentru tal-Marsa nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li darab ħafif lil martu f’inċident li seħħ fid-19 ta’ Frar li għadda.
Huwa kien akkużat ukoll li heddida u li kkawżala biża’ li se tintuża vjolenza kontriha.
L-akkużat talab il-ħelsien mill-arrest iżda baqa’ jinżamm arrestat.