Nathan Magri ta’ għoxrin sena li jgħix Ħal Qormi baqa’ jinżamm taħt arrest wara li wieġeb mhux ħati li fil-wieħed u tletin t’Awwissu, daħal f’dar ta’ anzjan sabiex jisraqlu l-kartiera.
Intqal kif l-allegat vittma li għandu iktar minn sittin sena daħal jirrapporta fl-għassa, fejn sostna li daħal raġel f’daru u seraqlu l-kartiera, fejn l-anzjan anke sofra xi ġrieħi.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, fejn innutat li l-verżjoni tal-istorja tal-imputat u l-allegat vittma ma qablux, u li l-imputat għandu fedina penali nadifa.
Il-Maġistrat Joe Mifsud għamilha ċara li l-Qorti ma tittollerax vjolenza, speċjalment fuq persuni vulnerabbli, u għalhekk ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest.