Baday Osman, Tork ta’ 41 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li kien akkużat li attakka sesswalment tfajla ta’ 16-il sena.
Fil-Qorti ntqal li l-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda u nqabad minn fuq il-kameras tas-sigurtà.
Allegatament l-imputat mess lit-tfajla Maltija mill-partijiet privati tagħha.
Hija bdiet tgħajjat għall-għajnuna, filwaqt li l-imputat ħarab minn fuq il-post.
Osman wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrrest.