Libjan ta’ 34 sena li joqgħod ir-Rabat Għawdex inżamm arrestat wara li ġie mixli li abbuża sesswalment tifla ta’ għaxar snin.
Quddiem il-Qorti t’Għawdex huwa ġie akkużat li kkorrompa lit-tifla fit-28 ta’ Ottubru li għadda f’residenza fiż-Żebbuġ, Għawdex.
Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.