Youssouf Madou Soumaoro Ben baqa’ jinżamm arrestat wara li kien mixli b’abbuż sesswali fuq tifla ta’ disa’ snin.
Quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana, ir-raġel ta’ ħamsa u tletin sena mill-Kosta tal-Avorju wieġeb mhux ħati.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li r-reat seħħ fl-appartament tal-famila tat-tifla f’San Pawl il-Baħar, fejn ir-raġel, kien jgħix u jaqsam l-ispejjeż magħhom, waqt li omm il-vittma kienet tkun ix-xogħol.
Kienet it-tifla li tkellmet ma’ ommha u din infurmat lill-Pulizija li wara li bdew jinvestigaw u arrestawh.
F’Ġunju li għadda, Soumaoro Ben kien instab ħati ta’ dak magħruf bħala ‘romantic fraud’ u ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.