Raġel ta’ 34 sena tressaq fil-Qorti t’Għawdex dalgħodu fejn ġie mixli li abbuża minn bintu waqt li kienet taħt il-ħarsien tiegħu, bl-allegat każ iseħħ madwar erba’ ġimgħat ilu f’Għawdex stess.
Hekk kif instema’ l-każ, il-Prosekuzzjoni qalet li kienet qegħda toġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest sakemm tinstema’ x-xhieda tal-allegata vittma u tal-omm. Skont il-Prosekuzzjoni, it-tifla fetħet qalbha mal-guidance teacher tagħha, li ħeġġitha biex tgħid lil ommha jew lil xi ħadd li tafda.
Jidher li, dakinhar stess, it-tifla marret tgħid kollox lil ommha u mill-ewwel marru jagħmlu rapport l-għassa fejn skattat l-investigazzjoni.
Jidher ukoll li l-missier kien iżomm kuntatt sew ma’ bintu, hekk kif jixhdu numru ta’ messaġġi li l-imputat bagħat lil bintu fuq WhatsApp.
Aktar minn hekk, il-Prosekuzzjoni qalet li, fil-passat, l-imputat kellu diversi każi ta’ vjolenza domestika, tant li wkoll tressaq fil-Qorti dwarhom, iżda qatt ma nstab ħati.
Wara li semgħet liż-żewġ partijiet, il-Qorti ordnat li l-imputat biex jibqa’ taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin.