Raġel ta’ 31 sena mill-Ġorġja reġa’ rifes l-għatba tal-Qorti wara li jumejn ilu ġie kkundannat ħmistax-il xahar ħabs fuq serq minn djar privati f’Għawdex.
Din id-darba jinsab mixli b’ħames serqiet oħra f’Malta.
Valeriani Shengelia qed jiġi akkużat li wettaq erba’ serqiet f’appartamenti f’San Pawl il-Baħar u li seraq ukoll minn appartament f’San Ġiljan.
Allegatament is-serq li wettaq ilaħħaq l-eluf ta’ ewro.
Ir-raġel ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih iżda inżamm taħt arrest preventiv.