Ian Xuereb ta’ 33 sena minn Buġibba tressaq il-Qorti akkużat li seraq id-diesel minn garaxx kummerċjali.
Dan wara li l-allegat vittma għaraf il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tal-karozza tal-akkużat.
Xuereb kien akkużat b’serq aggravat, li rċieva materjal misruq u li hu riċediv.
L-akkużat ilu mfittex mill-Pulizija minn Diċembru u ġie arrestat mill-Pulizija riċentement.
Xuereb wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000.