Ahmed Omer Hassan Musoud ta’ 28 sena mis-Sudan inżamm arrestat wara li nqabad b’49 pakkett b’kannabis sintetika u flus kontanti f’distanza t’anqas minn 100 metru fejn jiltaqgħu t-tfal.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Mark Cremona spjegat li l-każ seħħ nhar it-Tlieta, meta Masoud twaqqaf mill-Pulizija tal-Komunità għax beda jaġixxi b’mod suspettuż.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-avukat tal-għajnuna legali talab għall-ħelsien mill-arrest wara li argumenta li l-imputat għandu fedina penali netta.
Madanakollu l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.