Haaddi Mohammed, ħaddiem fil-kostruzzjoni ta’ tletin sena mill-Ghana baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li fil-pussess tiegħu nstabu sitta u tletin pakkett ta’ droga suspettata kannabis li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.
Il-pulizija qalet li fuq l-akkużat instabu mitejn u tmenin ewro fi flus kontanti u karta tal-ħames liri Maltin.
It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħud wara li l-akkużat m’għandux indirizz fis fejn joqgħod.