Raġel ta’ 31 sena mill-Malasja baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu mixli b’importazzjoni ta’ 20 kilo droga suspettata kannabis.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat ġie rrestat ilbieraħ fl-ajruport hekk kif wasal f’pajjiżna minn Dubai. Intqal li kien hawnhekk li meta fetħulu l-basket instabu l-20 kilo ħaxixa tal-kannabis.
Mal-Pulizija l-imputat qal li kien ingħata elfejn ewro biex jitraffika sustanza li mingħalih kienet taċ-Ċiniżi. Huwa qal ukoll li kkomunika ma’ persuna oħra u qalilha li kienu se jiċċekkjawh tad-Dwana. Din il-persuna ħeġġitu biex jaħrab imma l-imputat baqa’ hemm.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.