Kaħħal ta’ ħamsa u għoxrin sena nżamm arrestat wara li ġie mixli li fis-sigħat bikrin tal-Ħadd instabet fuqu l-kannabis u l-kokaina f’pakkett ta’ sigaretti.
Emad Abdelhamid Younis qed jiċħad li fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan instabet fuqu d-droga.
Huwa diġa kellu każijiet oħra marbuta ma’ pussess tad-droga f’sitwazzjonijiet fejn urew li d-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu.
Fid-dawl ta’ dan il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest.