Mahdi Mohammed ta’ 37 sena mill-Libja nżamm arrestat wara li ġie mixli li pprova jisraq minn appartament fil-Ħamrun kmieni s-Sibt filgħodu.
Huwa ġie mixli wkoll mill-Ispetturi Stacy Attard u Saviour Baldacchino li darab persuna, li nstab fil-pussess ta’ oġġetti li jistgħu jintużaw biex jisgassaw serraturi mingħajr permess, li ġarr strument bil-ponta, li kkommetta reat waqt li kien b’sentenza sospiża u li kien riċediv.
Fil-Qorti l-imputat qal li kien qed jgħix barra u daħal fir-residenza sabiex jistkenn mill-kesħa.
Huwa wieġeb mhux ħati iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.