Il-Malta Dementia Society se torganizza mixja u ġirja bil-għan li jinġabru fondi b’risq l-istess assoċjazzjoni.
L-attivita’ se ssir fil-5 ta’ April u dawk li se jieħdu sehem se jgħaddu mill-Victoria Lines bejn Fomm ir-Riħ u Baħar iċ-Ċagħak.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jipparteċipa u jgħin fil-ġbir ta’ fondi bil-għan li din l-assoċjazzjoni tkompli bil-ħidma tagħha sabiex tgħin persuni li jgħixu ma’ pazjenti bid-dementia.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fil-paġna ta’ facebook: maltadementiasociety.
Donazzjonijiet jistgħu isiru permezz ta’ Revolut fuq in-numru 99841427 jew direttament mal-bank:
Name: MaltaDementia Society
A/cNo: 10042664310010
IBAN:MT04APSB77013000000042664310010
BIC:APSBMTMT