Il-kelb huwa magħruf bħala l-aqwa ħabib li bniedem jista’ ikollu, iżda sfrotunatament ħafna minn dawn jinsabu bla dar. L-Island Sanctuary hija magħrufa għall-għajnuna li tagħti lill-dawn il-klieb, u matul il-jum tal-ħadd bosta individwi setgħu jikkontribwixxu mas-santwarju permezz ta’mixja bil-klieb.
Ta’ kull sena fir-rebbiegħa l-Island Sanctuary torganizza mixja madwar l-inħawi ta’ Xrobb l-Għagin, Marsaxlokk, bħala mezz biex jinġabru fondi b’riżq l-organizzazzjoni biex tkompli bil-ħidma tagħha biex iżżomm klieb li m’għandhomx dar.
Għal din is-sena, One News żar is-santwarju, fejn is-soltu ikun kwiet u tara il-volontiera għaddejjin b’xogħolhom, illum il-post ħa l-ħajja, fejn għadd ta’ familji marru bil-klieb tagħhom biex jipparteċipaw fil-mixja u jagħtu donazzjoni lis-santwarju.
Preżentament is-santwarju iħaddan fih mitt kelb li kollha ġew ssalvati mit-triq. Naturalment dan ifisser responsabbiltà u dedikazzjoni kbira min-naħa tal-voluntiera.