Nhar is-sibt 28 ta’ Settembru il-Malta Dementia Society se torganizza mixja tul Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta sabiex tfakkar ix-xahar li jimmarka l-kundizzjoni tad-Dementia. Din il-mixja tiġi organizzata f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja sabiex jitqajjem għarfien dwar id-Dementia.
Il-mixja tas-sibt li ġej tibda fl-10 ta’ filgħodu. Fost personalitajiet distinti li se jieħdu sehem hemm il-President Emeritus l-Eċċellenza tagħha Marie Louise Coleiro Preca.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jattendi għal din il-mixja, b’mod speċjali persuni li għandhom qraba li jbatu min din il-kundizzjoni. Se jkun hemm stand imtella’ mill-Malta Dementia Society fi Pjazza San Ġorġ bejn it-8am u s-2pm.