Fl-aħħar jiem tħabbar li nkisbu l-fondi ewropej biex isir il-proġett maħsub għall-crafts village. Proġett li ilu mistenni snin twal u li kien hemm mumenti fejn kulħadd qata’ qalbu li xi darba jsir. Illum kollox qed jidher iktar possibbli kif stqarrew is-sidien tan-negozji nfushom li tkellmu ma’ Dinah Seguna f’dan is-servizz dettaljat li huwa mixja mal-crafts village u l-istorja tiegħu.