Fir-raħal pittoresk ta’ San Lawrenz, Għawdex, se tiġi organizzata attività nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu li se tikkonsisti f’mixjiet madwar erbatax-il sqaq tal-lokal, li se joffru l-isfond għal 14-il element artitisku, li jvarjaw minn tpinġijiet u skulturi, kant klassiku, folklor u żfin kontemporanju u dak klassiku, fost oħrajn.
L-attività mifruxa se tibda fit-tmienja ta’ filgħaxija mill-parkeġġ tal-Lukanda Kempinski.
Dan l-avveniment qed jiġi ffinanzjat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, l-Awtorità tat-Turiżmu u d-Diviżjoni tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-paġna fuq Facebook tal-attività – https://www.facebook.com/events/1447608919485843/?active_tab=about.