Nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju, id-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Minsteru għal Għawdex ħa l-inizjattiva sabiex saret mixgħela mas-swar maestuż taċ-Ċittadella u fil-Pjazza Tal-Katidral.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li din il-mixgħela saret bħala ringrazzjament lill-ħaddiema li qegħdin fuq quddiem nett f’dan iż-żmien tal-COVID-19. Huwa rringrazzja wkoll lil dawk kollha li ħadmu mingħajr ħlas sabiex din il-mixgħela setgħet tkun possibbli.
Din il-mixgħela saret b’kollaborazzjoni ta’ Beam Lighting u CVC, li offrew is-servizzi tagħhom mingħajr ħlas, flimkien ma’ bosta ħaddiema mill-Ministeru għal Għawdex.