Illejla mis-7:30pm ‘il quddiem se ssir mixegħla b’7,000 xemgħa fil-Fgura.
Din il-mixegħla kbira se ssir fuq iz-zuntier tal-Knisja għat-triq prinċipali u anki fi Triq il-Karmelitani.
Hawnhekk se jkun hemm ukoll mużika sagra u elementi oħra li normalment issib f’dan il-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Din l-attività se tkun organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Fgura, flimkien mal-Kummissjoni Festa Esterna.
Imbagħad mit-8:00pm ‘il quddiem fil-maħżen tal-armar li jinsab fi Triq il-Karmelitani se ssir rappreżentazzjoni ħajja bl-isem ‘Is-Siegħa tad-Dlam’. Din se ssir kull nofs siegħa u d-dħul huwa b’xejn.

