Illejla f’Ħamis ix-Xirka, fil-Fgura se ssir mixegħla kbira fuq iż-żuntier tal-Knisja u t-Triq Hompesch, it-triq prinċipali tal-lokalità.
Din il-mixegħla se tkun akkumpanjata minn mużika sagra u elemeti oħra li normalment nsibu fil-Ġimgħa Mqaddsa.
Din l-inizjattiva qed issir hekk kif din is-sena mhux se jkun hemm wirjiet u l-visti minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija.
F’din l-attività se tkun imħarsa l-miżuri imposti skont l-awtoritajiet tas-saħħa.
Din il-mixegħla qed tkun organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalità, flimkien mal-Kummissjoni Festa Esterna tal-Fgura.